Investiture of Dr Charles A. Gauci with Order of League of Mercy

Posted on Updated on

Order of Mercy presentation

Investiture of our band club’s vice president, Lt. Colonel Count Dr. Charles A. Gauci KHS MD FRCA FIPP FFPMRCA FSA.Scot RAMC (Retd), Hon. President of the British Legion (Malta G.C. Branch) with Order of league of Mercy

The investiture with Order of League of Mercy (in silver) carried out on Monday 16 July at Mansion House, London by the Rt. Hon. The Lord Lingfield  President of the Board of Trustees of the Order and Knight President of the Imperial Society of Knights Bachelor of the United Kingdom in  the presence of the Board of Trustees, the Sheriff of London (deputising for the Lord Mayor, who was unavoidably absent) and Princess Katarina of Yugoslavia (descendant of Queen Victoria).

The Order was founded in the United Kingdom of Great Britain and Ireland by a Royal Charter issued by HM The Queen-Empress Victoria in 1899. It was instigated by her son, the Prince of Wales (later HM King-Emperor Edward VII), who became its first Grand President.

Awards in the Order of the League of Mercy are made to long-service volunteers in the UK Health service and are routinely published in the London Gazette.

Dr Charles A. Gauci has been involved in the field of Pain Medicine since the late seventies, first while an officer in the British Army and later in the NHS.  He has helped many patients, including cancer sufferers, to manage their pain.  Throughout his career he has carried out a significant amount of pro bono work in pain management, both in the UK and overseas.  This including membership of the World Institute of Pain, which involved travel all over the world teaching medical colleagues the complicated techniques of interventional pain therapy.

 

Advertisements

Il-Kunċert Mużikali Annwali

Posted on Updated on

poster

Issa saret drawwa li ta’ kull sena, fil-ġimgħa tal-festa ad unur il-patruna tagħna Santa Margerita, il-banda tagħna ttella kunċert mill-aqwa fil-pjazza ewlenija ta’ raħalna, b’mużika varjata għall-gosti ta’ kulħadd. Din is-sena mhux b’inqas u l-preparazzjonijiet għalih ilhom għaddejjin għal diversi gimgħat. Fejn soltu dan il-kunċert kien ikun ta’ piż finanzjarju fuq is-Soċjeta’, din is-sena rnexxielna nakkwistaw fondi mill-Gozo NGO Fund – fond imwaqqaf mill-Ministeru għal Għawdex li joffri għajnuna lill-għaqdiet mhux governattivi sabiex iwettqu attivitajiet f’Għawdex. Il-kompetizzjoni għall-fondi disponibbli kienet waħda kbira iżda b’sodisfazzjon ngħidu li l-applikazzjoni tagħna ġiet milqugħha u ser ningħataw €4,435 sabiex jintużaw b’rabta ma’ dan il-kunċert.

Din is-sena, is-surmast direttur flimkien mal-kumitat tas-Soċjeta’, ħasbu li jkun xieraq li f’kunċert bħal dan tingħata tislima lill-mibki l-Professur Joseph Vella – ġgant fil-qasam mużikali ta’ gżiritna, li serva bħala surmast direttur tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għal dawn l-aħħar 48 sena. Il-Professur Vella fost għadd ġmielu ta’ kompożizzjonijiet mill-aqwa, ħalla wkoll numru ta’ xogħlijiet lir-raħal tagħna fosthom Innu Marċ lil Santa Margerita miktub proprju ħamsin sena ilu; u l-aktar riċenti innu lir-raħal ta’ Sannat li kien ikkummissjonat biex jikteb lil dan ir-raħal sentejn ilu. L-aħħar xogħol li rregala lill-Parroċċa ta’ raħalna huwa “Magnificat” għal orkestra u kor li ser jindaqq għall-ewwel darba lejlet il-festa ta’ din is-sena. Għaldaqstant  ħassejna li jkun ferm xieraq li nsellmu l-memorja tiegħu b’esekuzzjoni ta’ waħda mill-kompożizzjonijiet li rregala lill-banda tagħna ftit tas-snin ilu: “Fanfares for an Occasion” Op. 97.

Nistednukom sabiex fit-18 ta’ Lulju, fid-9.30pm tingħaqdu magħna għal dan il-kunċert. Aħna ċerti li ser tieħdu gost bl-għażla ta’ mużika li ppreparajna.

Nifirħu lil …

Posted on Updated on

Kav. Wally Terribile

Is-Soċjeta’ Mużikali Santa Margerita tifraħ lill-president tagħha l-Kav. Wally Terribile fl-okkażjoni tal-investitura tiegħu bħala Kavallier tal-Ordni tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalem. L-investitura saret mill-Eminenza tiegħu l-Granmastru Kardinal Edwin Frederick O’Brien, nhar is-Sibt 23 ta’ Settembru 2017, fil-kon-katidral ta’ San Ġwann, il-belt Valletta. Awguri!

Serata ta’ Rikonoxximent

Posted on Updated on

Ta’ kull sena, s-Soċjeta’ torganizza serata li fiha l-aljievi jdoqqu biċċa mużika quddiem udjenza żgħira magħmula mill-familjari tagħhom. Għal xi wħud, din tkun l-ewwel darba li jkunu telgħu waħedhom fuq palk u wrew x’jafu jdoqqu u għalhekk ma jistax jonqos li jkunu xi ftit eċċitati u forsi anke beżgħana. Pero’ biż-żmien, din il-biza’ tingħeleb u l-eċċitament jitrażżan u dawn it-tfal u żgħażagħ jitgħallmu kif jiffaċċjaw udjenza.

This slideshow requires JavaScript.

Waqt din l-istess serata ngħata wkoll id-Dr Charles Gauci Award, li jikkonsisti f’sitt premjijiet fi flus li jingħataw lill-aħjar tliet aljievi mis-sezzjoni tal-qasba u minn dik tar-ram. Ir-rebbieħa din is-sena kienu:

Sezzjoni tal-Qasba

  1. Amy Mizzi
  2. Thomas William Scerri
  3. Katya Muscat

Sezzjoni tar-Ram

  1. Margherita Muscat
  2. Katya Mifsud
  3. Marshaun Cauchi

Nifirħu lil dawn l-aljievi talli mpenjaw rwieħhom fl-istudji tal-istrument tagħhom u nħeġġu lilhom u lil sħabhom sabiex ikomplu sejrin hekk. Inħeġġu lil tfal u żgħażagħ oħrajn li tinteressahom il-mużika sabiex jiġu jitgħallmu strument mal-banda tagħna. Is-surmastrijiet tagħna, Noel Curmi u Jason Camilleri jieħdu interess personali fl-aljievi tagħna u jgħinuhom biex jimxu ‘l quddiem.

Mis-sena d-dieħla, id-Dr Charles Gauci Award ser jiġi estiż sabiex dawk l-aljievi u anke bandisti tagħna li jixtiequ jkomplu jistudjaw u jagħtu xi eżamijiet tal-mużika, aħna nirrifondu l-ispejjeż tal-eżami ġaladarba jgħaddu mill-istess eżami. Dan qed nagħmluh sabiex inkomplu ntejbu l-livell tal-bandisti taghna. Min ikun interessat nitobuh sabiex jitkellem ma’ xi wieħed mis-surmastrijiet jew ma’ xi membru tal-kumitat.

F’din is-serata jitħabbar ukoll il-bandist tas-sena, rikonoxximent li jingħata lil bandist jew bandista li jkunu wrew impenn aktar minn oħrajn lejn il-banda tagħna. Din is-sena dan il-premju ngħata lil Noel Muscat li barra li jimpenja ruħu bħala bandist, jagħti kontribut kbir fix-xogħol li jkun hemm bżonn li jsir fil-każin. Nifirħulu!

Ikla tal-Milied / Christmas Dinner

Posted on

Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2016 nżammet l-ikla tal-Milied tas-Soċjeta’ tagħna, attivita’ annwali li fiha numru sabiħ ta’ Sannatin kif ukoll oħrajn li għalkemm ma joqogħdux f’raħalna jissapportjaw l-banda tagħna, ningħaqdu flimkien sabiex nieklu u nixorbu u nawguraw il-festi t-tajba lil xulxin. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew kif ukoll lil dawk li offrewlna hampers, vouchers u rigali oħra li tellajna fost dawk preżenti.